Description
impjieg fejn il-ħaddiem/a j/taħdem ammont ta’ sigħat inqas mill-ammont ta’ sigħat ta’ xogħol normalment maħduma minn ħaddiema full-time
Additional notes and information
Is-sigħat tax-xogħol ta’ full-time jistgħu jiġu kkalkolati, pereżempju, fuq bażi ta’ kuljum, kull ġimgħa, kull xahar, jew anki kull sena, jew fuq il-bażi ta’ perjodu ta’ impjieg medju. In-nisa huma rappreżentati b’mod eċċessiv f’impjiegi part-time u għalhekk isofru l-iżvantaġġi relatati max-xogħol part-time, bħal li ma jaqalgħux biżżejjed flus biex jiksbu indipendenza ekonomika, li jkollhom inqas opportunitajiet għal karriera u li jakkumulaw pensjonijiet aktar baxxi, b’mod partikolari meta jkunu impjegati f’impjiegi part-time prekarji (minuri). Madankollu, xogħol part-time ta’ kwalità jista’ jikkontribwixxi għaż-żieda tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tan-nisa. It-tradizzjonijiet ivarjaw minn pajjiż għal ieħor f’termini ta’ kif in-nies b’mod ġenerali u l-imsieħba soċjali b’mod partikolari jqisu x-xogħol part-time. Ix-xogħol part-time jista’ jiġi meqjus bħala prodott finali li jirrifletti r-rwoli tal-ġeneri tradizzjonali, b’enfasi fuq l-iżvantaġġi tax-xogħol part-time f’termini ta’ ħlas, promozzjoni, drittijiet tal-pensjoni, eċċ. Min-naħa l-oħra, jista’ jitqies bħala strument biex tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol – u għalhekk, tal-inqas sa ċertu punt, l-indipendenza ekonomika – tan-nisa.