Description

grupp differenti ta’ nies f’kultura, kuntest jew storja rispettiva li huma fir-riskju li jiġu soġġetti għal diskriminazzjoni multipla minħabba l-interazzjoni ta’ karatteristiċi jew raġunijiet differenti personali, bħal sess, ġeneru, età, etniċità, reliġjon jew twemmin, stat ta’ saħħa, diżabiltà, orjentazzjoni sesswali, identità tal-ġeneru, edukazzjoni jew dħul, jew li jgħixu f’ lokalitajiet ġeografiċi varji

Additional notes and information

Il-fatt li wieħed jappartjeni għal tali grupp jew saħansitra jitqies li jappartjeni għalih iżid ir-riskju ta' inugwaljanzi f'termini ta' aċċess għad-drittijiet u l-użu ta' servizzi u prodotti f'varjetà ta' oqsma, bħall-aċċess għall-edukazzjoni, l-impjieg, l-assistenza tas-saħħa, soċjali u tal-akkomodazzjoni, il-protezzjoni minn vjolenza domestika jew istituzzjonali, u l-ġustizzja.