Description

att ta’ vjolenza li hu sproporzjonat, għalkemm mhux b’mod esklussiv, li jsir kontra l-bniet u n-nisa, minħabba li l-membri tal-familja jqisu li ċerta mġiba suspettata, perċeputa jew attwali ġġib diżunur lill-familja jew lill-komunità

Additional notes and information

Din l-imġiba tinkludi dħul f'relazzjonijiet sesswali qabel iż-żwieġ, ir-rifjut li jidħlu fi żwieġ irranġat, dħul fi żwieġ mingħajr il-kunsens tal-ġenituri, it-twettiq ta' adulterju, ir-rikors għad-divorzju, ilbies li huwa meqjus bħala inaċċetabbli għall-komunità, xogħol barra mid-dar jew nuqqas ta' konformazzjoni ġenerali mal-irwoli sterjotipati tal-ġeneru. Reati f'isem l-hekk imsejjaħ unur jistgħu jitwettqu wkoll kontra bniet u nisa minħabba li kienu vittmi ta' vjolenza sesswali, bħal stupru. Din il-kategorija ta' reati tinkludi qtil (qtil fl-isem tal-hekk imsejjaħ unur) u ta' spiss huwa mwettaq minn konjuġi, qarib jew qariba jew membru tal-komunità tal-vittma. Minflok jitqiesu bħala atti kriminali kontra n-nisa, reati mwettqa fl-isem tal-hekk imsejjaħ unur ta' spiss huma sanzjonati mill-komunità bħala mod kif tiġi preservata u/jew restawrata l-integrità tan-normi kulturali, tradizzjonali, ta' drawwa jew reliġjużi wara trasgressjonijiet allegati.