Description

kull distinzjoni, esklużjoni jew restrizzjoni li ssir minħabba s-sess li għandha l-effett jew l-iskop li ttellef jew li tħassar ir-rikonixximent, it-tgawdija jew l-eżerċizzju minn nisa, irrispettivament mill-istat taż-żwieġ tagħhom, u fuq bażi ta’ ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, fuq drittijiet umani u l-libertajiet fundamentali fil-kamp politiku, ekonomiku, soċjali, kulturali, ċivili jew fi kwalunkwe kamp ieħor.

Additional notes and information

Id-diskriminazzjoni tista' tirriżulta kemm mil-liġi (diskriminazzjoni de jure) jew mill-prattika (diskriminazzjoni de facto). Il-Konvenzjoni CEDAW tirrikonoxxi u tindirizza ż-żewġ forom ta' diskriminazzjoni, kemm jekk jinstabu fil-liġijiet, fil-politiki, fil-proċeduri jew fil-prattika.