Description

unità domestika fejn il-mara adulta hija l-unika jew l-aktar li ġġib introjtu u li tieħu d-deċiżjonijiet

Additional notes and information

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, in-nisa ġeneralment ma jitqisux bħala kapijiet tal-familji, sakemm ma jkun hemm ebda raġel adult li jkun qed jgħix b'mod permanenti f'dik il-familja. Is-suppożizzjoni li l-kap ta' familja huwa dejjem raġel adult, anki jekk il-kontribuzzjoni ekonomika tal-mara għall-manteniment tal-familja tkun daqs jew akbar minn dik tar-raġel, hija forma ta' preġudizzju bejn il-ġeneri. Fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, teżisti xejra ġenerali ta' aktar u aktar nisa li qegħdin ikunu s-sors primarju ta' appoġġ ekonomiku għall-familji tagħhom.