Description

sett ta’ miżuri mediċi li jistgħu, iżda li mhumiex obbligati li, jinkludu trattamenti psikoloġiċi, endokrinoloġiċi u kirurġiċi mmirati sabiex jallinjaw id-dehra fiżika ta’ persuna mal-identità tal-ġeneru tagħha.

Additional notes and information

Dan jista’ jinkludi konsultazzjoni psikoloġika, trattament transormonali, operazzjoni kirurġika tat-tibdil tas-sess jew tal-ġeneru (GRS, gender reassignment surgery) (bħal kirurġija tal-wiċċ, kirurġija tas-sider, tipi differenti ta’ kirurġija ġenitali jew isterektomija), sterilizzazzjoni (li twassal għall-infertilità), tneħħija ta’ xagħar u alterazzjoni tal-vuċi. Mhux kull persuna transgender tixtieq, jew tista’ tiġi sottoposta, għal dawn il-miżuri kollha jew kwalunkwe minnhom.