Description

għodda ta’ politika għall-iskrinjar ta’ proposta ta’ politika partikolari, sabiex tindividwalizza u tivvaluta l-impatt u l-effetti differenzjali tagħha fuq in-nisa u l-irġiel, sabiex dawn l-iżbilanċi jkunu jistgħu jiġu indirizzati qabel ma tiġi approvata l-proposta

Additional notes and information

Analiżi minn perspettiva ta' ġeneri tgħin sabiex tindika jekk il-ħtiġijiet tan-nisa u l-irġiel humiex ugwalment ikkunsidrati u servuti minn proposta partikolari. Din tippermetti lil dawk li jfasslu l-politika sabiex jiżviluppaw politiki b'għarfien tar-realtà soċjoekonomika tan-nisa u l-irġiel u li tippermetti l-iżvilupp ta' politiki li jikkunsidraw id-differenzi (fil-ġeneri). Valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneri tista' tkun applikata fuq leġiżlazzjoni, pjanijiet ta' politika, programmi ta' politika, baġits, azzjonijiet konkreti, abbozzi u rapporti jew sejħiet għal riċerka. Metodi ta' valutazzjoni tal-impatt tal-ġeneri m'għandhomx għalfejn ikunu applikati esklussivament fuq politika li qed titfassal; jistgħu jkunu applikati fuq politiki eżistenti. Jistgħu jkunu użati fl-amministrazzjoni kif ukoll minn atturi esterni; fiż-żewġ każijiet, dawn jeħtieġu ammont konsiderevoli ta' għarfien ta' kwistjonijiet tal-ġeneri. Il-vantaġġ ta' dawn l-għodod qiegħed fil-fatt li jagħtu stampa ċara ħafna tal-effetti ta' politika partikolari.