Description

norma kulturali li b’mod kontinwu tassoċja lill-irġiel mas-setgħa u mal-kisbiet ekonomiċi

Additional notes and information

Din ix-xejra ta’ maskulinità, li tifforma l-pożizzjoni dominanti, mhijiex biss avversa għall-ugwaljanza u l-inklużjoni, iżda ġġib ukoll żvantaġġi u spejjeż għall-irġiel. Minn din il-perspettiva, il-problemi tas-saħħa tal-irġiel kienu interpretati bħala l-“l-ispejjeż tal-maskulinità”, għall-kuntrarju tal-privileġġi li l-irġiel jiksbu mir-relazzjonijiet kurrenti bejn is-sessi, pereżempju dħul ogħla u inqas xogħol mhux imħallas.