Description

forma ta’ traffikar immirat kontra n-nisa u l-bniet – b’mod partikolari, iżda mhux biss, dawk fl-aktar pożizzjonijiet żvantaġġjati

Additional notes and information

In-nisa u l-bniet jiġu normalment ittraffikati għall-għanijiet ta' sfruttament sesswali u ekonomiku, partikolarment prostituzzjoni u pornografija, xogħol sfurzat, inkluż xogħol fl-agrikultura kummerċjali u domestiku, żwiġijiet irranġati jew biex 'jinbiegħu' bħala għarejjes, reklutaġġ għal parteċipazzjoni f'ostilitajiet u għanijiet relatati bħal servizzi sesswali, funzjonijiet ta' ġarr u domestiċi f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt. L-esperjenza tat-traffikar tan-nisa u l-bniet hija differenti minn dik tal-irġiel u s-subien. In-nisa u l-bniet għandhom xeħta jsofru impatt qawwi b'mod sproporzjonat, filwaqt li l-irġiel ittraffikati jsibuha diffiċli biex jaċċessaw programmi eżistenti għall-assistenza tal-vittmi. Dan jeħtieġ l-inklużjoni tal-prinċipji tal-ugwaljanza tal-ġeneru fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u l-programmi li jimmiraw li jipprevjenu t-traffikar tal-bnedmin.