Description

terminazzjoni ta’ tqala minħabba li l-proċess beda b’mod spontanju (abort spontanju) jew terminazzjoni b’mod intenzjonat ta’ tqala mhux intenzjonata jew ta’ tqala li thedded il-ħajja u s-saħħa tal-mara tqila, inkluż il-benesseri soċjali u mentali tagħha (abort prokurat)

Additional notes and information

Il-kundizzjonijiet li skonthom l-abort huwa legalment permess ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor. F'ċertu pajjiżi, l-aċċess huwa ristrett; f'oħrajn, it-terminazzjoni tat-tqala tista' ssir minħabba diversi raġunijiet mediċi u soċjali, bħal tqala li hija riżultat ta' stupru u inċest; fejn malformazzjoni serja tal-fetu hija dijanjostikata b'mod mediku; jew fuq talba, din tal-aħħar tagħraf l-għażla ħielsa tan-nisa fi kwistjonijiet relatati mar-riproduzzjoni.