Description
servizz speċjalizzat għan-nisa, li jipprovdi akkomodazzjoni sigura u appoġġ għal nisa li huma vittmi tal-vjolenza, u għat-tfal tagħhom
Additional notes and information
Ix-xelters jew ir-refuġji tan-nisa huma, flimkien ma’ linji telefoniċi għall-għajnuna nazzjonali għan-nisa, uħud mis-servizzi ta’ appoġġ speċjalizzati l-aktar vitali għal nisa vittmi ta’ vjolenza u għat-tfal tagħhom. Dawn ma jipprovdux biss akkomodazzjoni sigura u ta’ emerġenza fejn in-nisa u t-tfal tagħhom jistgħu jsibu kenn mill-vjolenza, iżda anke appoġġ fit-tul biex il-vittmi jkunu jistgħu jibnu mill-ġdid ħajjiet emanċipati u ħielsa mill-vjolenza. L-għadd ta’ postijiet ta’ kenn fix-xelters tan-nisa huwa l-aktar definit bħala n-numru ta’ sodod fix-xelters, għalkemm f’xi pajjiżi fejn l-ispazji fix-xelters jinkludu għadd speċifiku jew perċentwal ta’ sodod għan-nisa u għat-tfal, jingħaddu biss is-sodod allokati għan-nisa. Ir-Rapport Spjegattiv tal- Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (Konvenzjoni ta’ Istanbul) fih rakkomandazzjonijiet li jgħidu li l-istati għandhom jipprovdu minimu ta’ post wieħed f’xelter għan-nisa għal kull 10 000 abitant (għall-akkomodazzjoni ta’ mara u tat-tfal tagħha).