Description
Kwalunkwe att sesswali magħmul fuq il-vittma mingħajr kunsens. Vjolenza sesswali tista' tkun stupru jew attakk sesswali.
Additional notes and information
Atti ta' vjolenza sesswali jattakkaw id-dritt għal-libertà sesswali, l-awtonomija, il-kontroll, l-integrità u s-sigurtà, kif ukoll id-dritt li jkun esperjenzat pjaċir u li l-persuni jkollhom ħajja sesswali b'saħħitha, sigura u sodisfaċenti. Fl-istess ħin, dawn id-drittijiet huma relatati mill-qrib mad-drittijiet riproduttivi, bħall-libertà u l-awtonomija li jiddeċiedu meta jkollhom it-tfal, kemm se jkollhom tfal u liema kontraċettiv jużaw. Eżempji ta' vjolenza sesswali jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, stupru, stupru waqt date u stupru waqt il-ħajja miżżewġa.