Description
ideat prekonċeputi fejn in-nisa u l-irġiel jiġu assenjati karatteristiċi u rwoli arbitrarji li huma ddeterminati u llimitati mill-ġeneru tagħhom
Additional notes and information
L-isterjotipar tal-ġeneru jista’ jillimita l-iżvilupp tat-talenti u l-abilitajiet naturali tal-bniet u s-subien, in-nisa u l-irġiel, kif ukoll l-esperjenzi edukattivi u professjonali u l-opportuntajiet tal-ħajja tagħhom b’mod ġenerali. L-isterjotipi dar in-nisa jirriżultaw kemm minn, u huma l-kawża ta’, attitudnijiet, valuri, normi u preġudizzji kontra n-nisa li huma mdaħħla sew fil-kultura. Dawn jintużaw ukoll biex jiġġustifikaw u jżommu r-relazzjonijiet storiċi tal-poter tal-irġiel fuq in-nisa kif ukoll attitudnijiet sessisti li jżommu lura l-avvanz tan-nisa.