Description

proċess li bih in-nisa jiksbu saħħa u kontroll fuq ħajjithom u jiksbu l-abbiltà li jagħmlu għażliet strateġiċi

Additional notes and information

It-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa għandu ħames komponenti: is-sens ta' stima tan-nisa nfushom; id-dritt tagħhom li jkollhom l-għażliet tagħhom u li jiddeterminaw l-għażliet; id-dritt tagħhom li jkollhom aċċess għall-opportunitajiet u r-riżorsi; id-dritt li jkollhom il-poter li jikkontrollaw ħajjithom, kemm fid-dar kif ukoll barra minnhom; u l-abbiltà tagħhom li jinfluwenzaw id-direzzjoni tal-bidla soċjali sabiex tinħoloq ordni ekonomika u soċjali aktar ġusta, fuq livell nazzjonali u internazzjonali. F'dan il-kuntest, l-edukazzjoni, it-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni, il-bini tal-kunfidenza personali, l-espansjoni tal-għażliet, aċċess akbar għar-riżorsi u l-kontroll fuqhom, u azzjonijiet li jittrasformaw l-istrutturi u l-istituzzjonijiet li jsaħħu u jipperpetraw id-diskriminazzjoni sesswali u l-inugwaljanza huma għodod importanti bil-għan li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet sabiex jitolbu d-drittijiet tagħhom.