Description
approċċ akkademiku, normalment interdixxiplinarju, għall-analiżi tas-sitwazzjoni tan-nisa u r-relazzjonijiet bejn il-ġeneri, kif ukoll għad-dimensjoni tal-ġeneru tad-dixxiplini l-oħrajn kollha
Additional notes and information
It-twaqqif ta’ studji dwar in-nisa kkonferma l-idea li n-nisa jistħoqqilhom jiġu studjati bħala individwi awtonomi, u wassal għall-iżvilupp ta’ epistemoloġija femminista. Fih innifisu t-twaqqif ta' studji dwar in-nisa huwa att politiku, li jgħaqqad il-moviment tan-nisa ma' dak femminist, u b’hekk jiġu mmultiplikati l-opportunitajiet għal tibdil soċjali.