Description

Pornografija mhux konsenswali (l-aktar forma komuni hi magħrufa bħala "pornografija vendikattiva") tinvolvi d-distribuzzjoni onlajn ta' ritratti jew vidjos sesswali espliċiti mingħajr il-kunsens tal-persuna li jidher fihom. L-awtur ħafna drabi jkun ex sieħeb li jkun ottjena ir-ritratti jew vidjos matul r-relazzjoni, u jkollu l-iskop li jħammeġ u jumilja pubblikament lil vittma, bi tpattija talli spiċċat ir-relazzjoni. Pero' l-atturi ma jkunx neċessarjament is-sieħeb jew ex-sieħeb u l-mottiv mhux dejjem ikun tpattija. Ir-ritratti jistgħu jittieħdu permezz ta' hacking tal-kompjuter midja soċjali jew tielefon tal-vittma, u jista' jimmira lejn dannu reali fuq il-ħajja tal-vittma (per eżempju, bl-intenzjoni li l-persuna tiġi mkeċċija mix-xogħol jew f'ċertu każijiet li tikkawża suwiċidju).