Description
Il-ġestjoni ta' min iwettaq reat tinvolvi firxa ta' strateġiji bl-għan li jżommu l-atturi responsabbli u jnaqqsu l-imġieba vjolenti. Dawn l-istrateġiji jinkludu enforzar tal-liġi u li ssegwi s-sanzjonijiet tal-ġustizzja kriminali kontra l-attur. Il-ġestjoni ta' min iwettaq reat tista' tinkludi arrest/investigazzjoni, riferiment għal programmi dwar bidla fl-imġieba jew programmi għall-abbuż tal-alkoħol u/jew sustanzi, kif ukoll xogħol indirett għall-immaniġjar tar-riskju bħal "probation" intensiv, solveljanza tal-pulizija, qsim ta' informazzjoni bejn aġenziji.