Description

attribwiti soċjali u opportunitajiet assoċjati mal-fatt li inti mara jew raġel u mar-relazzjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel u t-tfajliet u s-subien, kif ukoll dawk ir-relazzjonijiet bejn in-nisa u dawk bejn l-irġiel

Additional notes and information

Dawn l-attributi, opportunitajiet u relazzjonijiet huma soċjalment mibnija u jiġu mgħallmin permezz ta' proċessi ta' soċjalizzazzjoni. Dawn huma speċifiċi għall-kuntest u għall-ħin, u jinbidlu. Is-sess jiddetermina dak li hu mistenni, permess u vvalutat f'mara jew f'raġel f'kuntest partikolari. Fil-biċċa l-kbira tas-soċjetajiet, hemm differenzi u inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel f'responsabbiltajiet assenjati, attivitajiet imwettqa, aċċess għal u kontroll fuq riżorsi, kif ukoll opportunitajiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Is-sess huwa parti mill-kuntest soċjokulturali usa'. Kriterji importanti oħra għall-analiżi soċjokulturali jinkludu klassi, razza, livell ta' faqar, grupp etniku u età. Is-suppożizzjonijiet u l-aspettattivi bbażati fuq is-sess ġeneralment ipoġġu lin-nisa fi żvantaġġ fir-rigward tat-tgawdija sostantiva tad-drittijiet, bħalma huma l-libertà ta' azzjoni u li jkunu rikonoxxuti bħala adulti awtonomi u kapaċi b'mod sħiħ, biex jipparteċipaw b'mod sħiħ fl-iżvilupp ekonomiku, soċjali u politiku, u biex jieħdu deċiżjonijiet dwar iċ-ċirkostanzi u l-kondizzjonijiet tagħhom. Is-sess huwa wkoll terminu importanti biex wieħed jifhem fil-kuntest tal-identità tal-ġeneru.