Description

id-dritt ta' individwi u gruppi biex jiksbu rispons rapidu, effettiv u ġust biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom, jipprevjenu jew isolvu t-tilwim u jikkontrollaw l-abbuż tal-poter permezz ta' proċess trasparenti u effiċjenti, li fih il-mekkaniżmi huma disponibbli, affordabbli u responsabbli, u mwettqa fuq il-bażi ta’ ugwaljanza

Additional notes and information

L-Istati għandhom obbligi skont il-liġi internazzjonali li jiżguraw l-aċċess għall-ġustizzja. L-aċċess tan-nisa għall-ġustizzja huwa qafas legali u kostituzzjonali li jiggarantixxi d-drittijiet tan-nisa, iżda mingħajr edukazzjoni, għarfien tad-drittijiet u poter tat-teħid tad-deċiżjonijiet, in-nisa ta' spiss ma jkunux jistgħu jitolbu d-drittijiet tagħhom, jiksbu għajnuna legali u jmorru l-qorti. F'sens proċedurali, aċċess għall-ġustizzja jfisser li dawk li jkunu qegħdin ifittxu li jiggarantixxu d-drittijiet akkwiżiti tagħhom jiġu pprovduti b'dawn li ġejjin: informazzjoni xierqa u li tinftiehem dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn id-drittijiet u kif jinkisbu; infrastruttura faċilment aċċessibbli - kemm fis-sens formali kif ukoll f'dak prattiku - sabiex tinkiseb din l-informazzjoni u mbagħad tittieħed azzjoni fuqha; il-kwalità tal-funzjonament ta' din l-infrastruttura fil-prattika; u l-fiduċja fl-utilità u l-integrità tal-infrastruttura. Sabiex jiġu evitati l-vittimizzazzjoni u l-istigmatizzazzjoni sekondarji tan-nisa matul il-proċedimenti legali, huwa meħtieġ approċċ li jieħu kont ta' kwistjonijiet marbutin mal-ugwaljanza bejn is-sessi. Aspett sostantiv tal-ġustizzja jiffoka fuq l-iżgurar li l-eżiti legali u ġudizzjarji jkunu minnhom infushom 'ġusti u ekwi'.