Description

kisba ta’ bilanċ bejn mhux biss impenji domestiċi u l-ħarsien ta’ qraba dipendenti, iżda wkoll responsabbiltajiet ekstrakurrikulari jew prijoritajiet tal-ħajja oħrajn importanti

Additional notes and information

L-arranġamenti tax-xogħol għandhom ikunu flessibbli biżżejjed biex jippermettu li ħaddiema taż-żewġ sessi jwettqu attivitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet relatati mal-iżvilupp professjonali u personali tagħhom, mhux neċessarjament direttament relatat mal-attività professjonali tagħhom. Kwistjonijiet relatati mat-titjib ta’ opportunitajiet marbuta mal-karriera, it-tagħlim tul il-ħajja u attivitajiet oħra ta’ żvilupp personali u professjonali huma meqjusa bħala sekondarji għall-objettiv li jiġi promoss tqassim aktar ugwali bejn in-nisa u l-irġiel ta’ responsabbiltajiet marbuta mal-familja u tad-dar, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol.