Description

liv li jingħata lil kwalunkwe wieħed mill-ġenituri biex jieħdu ħsieb it-tfal

Additional notes and information

Dan id-dritt tal-ġenituri jista’ jiġi ttrasferit lil membru ieħor tal-familja jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi tali eċċezzjoni. Ġeneralment dan isegwi perjodu ta’ leave tal-maternità, li fil-prinċipju hi intitolata għalih l-omm biss. F’xi pajjiżi, il-leave tal-ġenituri jingħata lil ġenituri adottivi jew li jiffosterjaw, filwaqt li oħrajn iqisu l-leave tal-adozzjoni bħala forma ta’ leave tal-maternità. Il-leave tal-ġenituri jista’ jingħaqad ma’ arranġamenti tax-xogħol part-time. Il-leave tal-ġenituri għandu l-għan li jiffaċilita r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, u b’hekk joħloq rabta importanti mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri.