Description

korpi indipendenti stabbiliti bil-liġi domestika b’mandat biex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem fi stat

Additional notes and information

Tali istituzzjonijiet huma elementi ewlenin fi ħdan sistema nazzjonali b'saħħitha u effettiva tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, sakemm dawn ikunu stabbiliti fil-liġi nazzjonali, ikunu indipendenti mill-gvern, ikunu s-suġġett ta' mandat wiesa' li jkopri l-istandards internazzjonali kollha tad-drittijiet tal-bniedem, ikunu msejsa fuq sħubija diversa, jingħataw ir-responsabbiltà ta' ħidma kemm mas-soċjetà ċivili kif ukoll mal-Istat, u jaħdmu tajjeb. L-NHRIs għandhom is-setgħa li jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem. Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tinkludi l-għoti ta' parir lill-gvern u lill-parlament dwar diversi kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem. Is-setgħa tal-NHRIs biex jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem tinkludi l-monitoraġġ tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u t-tfassil ta' rakkomandazzjonijiet biex titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem b'mod prattiku. F'termini ta' protezzjoni, il-mandat tagħhom jista' jinkludi wkoll s-setgħa li jirċievu, jinvestigaw u jsolvu lmenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet xierqa, bħal jipproponu leġiżlazzjoni ġdida, u jissuġġerixxu reviżjonijiet għal-leġiżlazzjoni eżistenti jew miżuri politiċi ġodda. L-ispettru wiesa' tal-NHRIs eżistenti jinkludi: kummissjonijiet, istituzzjonijiet tal-ombudsmen, u istituti jew ċentri. L-NHRIs f'xi Stati Membri tal-UE, pereżempju, għandhom il-funzjoni wkoll ta' korpi tal-ugwaljanza skont il-leġiżlazzjoni tal-UE.