Description
prattika li tneħħi parzjalment jew b’mod sħiħ il-ġenitali esterni tal-mara jew inkella l-ħsara lill-organi ġenitali tal-mara għal raġunijiet mhux mediċi jew mhux ta’ saħħa
Additional notes and information
It-terminoloġija użata għal din il-proċedura għaddiet minn ħafna tibdiliet. Matul l-ewwel snin li fihom ġiet diskussa din il-prattika barra mill-gruppi li jipparteċipaw, kienet normalment tiġi referuta bħala "ċirkonċiżjoni femminili". Dan it-terminu, jixbaħ iċ-ċirkonċiżjoni maskili u għalhekk joħloq konfużjoni bejn dawn iż-żewġ prattiċi. L-espressjoni "mutilazzjoni ġenitali tan-nisa" saret aktar popolari fl-aħħar tas-snin 70. Il-kelma mulitalazzjoni tistabilixxi distinzjoni lingwistika ċara miċ-ċirkonċiżjoni maskili, u tenfażizza il-gravita' u l-ħsara tal-att. L-użu tat-terminu "mutilazzjoni" tirrinforza l-fatt li l-prattika hi vjolazzjoni tad-drittijiet tat-tfal u tan-nisa, u għahekk tgħin sabiex tippromwovi l-waqfien tal-użu ta' dan it-terminu fuq livell nazzjonali u internazzjonali. Fl-1990, dan it-terminu ġie addottat fit-tielet konferenza tal-Kumitat Inter-African dwar Prattiċi Tradizzjonali li jaffettwaw is-Saħħa tan-Nisa u Tfal, f'Addis Ababa, Ethiopia. Fit-tmiem tal-1990 it-termini "qtugħ tal-ġenitali tan-nisa" u "qtugħ/muitilazzjoni ġenitali tan-nisa" bdew jintużaw aktar ta' spiss. Dan it-terminu kien preferut bejn minħabba l-assoċjazzoni negattiva marbuta mat-terminu "mulitazzjoni", u xi evidenza li l-użu ta' dik il-kelma beda jbiegħed komunitajiet prattikanti u forsi jxekklu l-proċess għal bidla soċjali u l-waqfien tal-mutilazzjoni tal-ġenitali tan-nisa.