Description
għodda għall-monitoraġġ tad-differenzi bejn is-sessi, tal-bidliet relatati mas-sessi matul iż-żmien u tal-progress lejn l-għanijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi
Additional notes and information
B'mod ġenerali l-indikaturi huma statistiċi b'punt ta' referenza (norma jew standard), li kontrihom jistgħu jsiru ġudizzji ta' valuri. L-indikaturi għandhom natura normattiva, fis-sens li bidla mill-punt ta' referenza f'direzzjoni partikolari tista' tkun interpretata bħala "tajba" jew "ħażina". Fil-każ ta' statistiċi tal-ġeneri, l-istatus tan-nisa f'pajjiż partikolari huwa normalment evalwat b'referenza għas-sitwazzjoni (tqabbil ma') tal-irġiel f'dak il-pajjiż. Fi ftit każijiet - bħall-mortalità materna jew aċċess għal servizzi ta' qabel it-twelid - in-norma hija s-sitwazzjoni ta' nisa f'pajjiżi oħrajn. Apparti indikaturi kwantitattivi (ibbażati fuq statistiċi maqsumin skont il-ġeneri), jista' jkun hemm indikaturi kwalitattivi (ibbażati fuq l-esperjenzi, attitudnijiet, opinjonijiet u emozzjonijiet tan-nisa u l-irġiel). Indikaturi sensittivi għall-ġeneri jippermettu l-kejl ta' bidliet fir-relazzjonijiet bejn nisa u rġiel f'ċertu qasam ta' politika, programm jew attività, kif ukoll tibdiliet fl-istatus jew sitwazzjoni tan-nisa u rġiel.