Description

metodu ta’ integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri li jintegra t-tħassib dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-objettivi tal-evalwazzjoni iżda wkoll fil-metodoloġija, fl-approċċi u fl-użu tal-evalwazzjoni

Additional notes and information

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni sensittivi għall-ġeneru jintużaw biex jiżvelaw jekk programm jindirizzax il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet differenti tan-nisa u tal-irġiel, sabiex jiġi vvalutat jekk dan għandux impatt fuq ir-relazzjonijiet bejn il-ġeneri, u jiġu determinati l-aspetti tal-ġeneru li jeħtieġ li jiġu integrati fis-sistemi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. L-inklużjoni ta’ objettivi u indikaturi espliċiti tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istadju tal-ippjanar ukoll issaħħaħ ir-responsabbiltà f’termini tal-progress li jkun sar fuq kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn is-sessi. Monitoraġġ u evalwazzjoni effettivi li jwieġbu għall-ġeneru jeħtieġ li jinkludu kemm data kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva li tkejjel l-impatt fuq ir-relazzjonijiet bejn is-sessi. Mingħajr biżżejjed data, huwa diffiċli ħafna li ssir analiżi siewja tal-impatt fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi. Dan jimplika wkoll li, bħala minimu, id-data kollha jenħtieġ li tinġabar, tiġi ppreżentata u analizzata f’manjiera diżaggregata skont is-sessi.