Description

data miġbura u mqassma f'tabella b'mod separat għan-nisa u għall-irġiel li tagħmilha possibbli li jitkejlu d-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel f'termini ta' diversi dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi u li hija waħda mir-rekwiżiti biex tinkiseb statistika dwar il-ġeneru

Additional notes and information

Li d-data tkun maqsuma skont il-ġeneru ma tiggarantixxix, per eżempju, li l-kunċetti, id-definizzjonijiet u l-metodi użati fil-produzzjoni tad-data jkunu maħsuba biex jirriflettu rwoli tas-sessi, ir-relazzjonijiet u l-inugwaljanzi fis-soċjetà; għalhekk, il-ġbir tad-data diżaggregata skont is-sess jirrappreżenta biss waħda mill-karatteristiċi tal-istatistika dwar il-ġeneru.