Description
migrazzjoni ġewwa l-pajjiżi jew bejniet il-fruntieri minħabba ż-żwieġ
Additional notes and information
Tendenza li qed issir aktar komuni bil-globalizzazzjoni, żieda fil-mobbiltà u n-numri kbar ta' migranti tax-xogħol f'soċjetajiet ospitanti. Il-migrazzjoni marbuta mal-familja tinkludi migrazzjoni taż-żwieġ tat-tieni ġenerazzjoni u ġenerazzjonijiet sussegwenti li jġibu s-sħab tagħhom mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom lejn il-pajjiż ospitanti, żwiġijiet internazzjonali ta' ċittadini u persuni mhux ċittadini li jirriżultaw minn attivitajiet ta' turiżmu, tal-edukazzjoni, kummerċjali u professjonali, u finalment iċ-ċaqliq ta' familji sħaħ. Hemm oqsma differenti ta' kwistjonijiet fi ħdan din il-forma ta' migrazzjoni, li jvarjaw minn livelli mhux ugwali ta' żvilupp ġewwa u fost pajjiżi, il-predominanza ta' migranti taż-żwieġ nisa; il-mobbiltà ekonomika u soċjali; iż-żwieġ irranġat u ż-żieda fin-numru ta' għarajjes nisa mixtrija fuq l-Internet jew b'korrispondenza; il-politiki tal-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-identità; u l-formazzjoni ta' ċittadini ġodda f'pajjiżi li jirċievu migranti. Il-migranti taż-żwieġ li huma nisa huma f'riskju għoli li jkunu soġġetti għal forom speċifiċi ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru (vjolenza domestika psikoloġika jew fiżika, żwieġ sfurzat, sfruttament tax-xogħol domestiku, eċċ.), u jista' jkollhom aċċess limitat għal servizzi ta' protezzjoni u appoġġ.