Description

Sapport lill-vittmi ta' vjolenza sesswali jista' jingħata permezz ta' ċentru għal kriżi jew ċentru ta' riferiment f'każ ta' vjolenza sesswali. Ċentri ta' kriżi f'każ ta' strupru normalment joffru għajnuna fit-tul bħal "counselling" wiċċ imb' wiċċ, gruppi li joffru sapport u kuntatt ma' servizzi oħra. Jagħtu sapport lil vittmi matul il-proċeduri tal-Qorti billi jipprovdu assistenza legali mara ma' mara u għajnuna prattika oħra. Ċentri ta' riferiment dwar vjolenza sesswali jistgħu jispeċċjalizzaw f'kura medika immedjata, prattika forensika ta' kwalita' għolja u interventi f'każ ta' kriżi.