Description

nisa, tfal u persuni li jappartjenu, jew li huma meqjusa li jappartjenu, għal grupp li huwa f’pożizzjoni żvantaġġjata jew li huwa emarġinat

Additional notes and information

Terminu li sikwit jintuża minflok it-terminu "grupp żvantaġġjat". Il-prekonċett sterjotipat li l-"vulnerabilita'" hi karatteristika inerenti tan-nisa jgħatti l-fatt li l-irwoli u attitudnijiet sterjotipiċi tal-ġeneru u l-impatt diskriminatorju fuq in-nisa, sostnut bin-nuqqas ta' azzjoni mill-istati sabiex jindirizzawhom b'mod effettiv, jagħtu żvantaġġi lin-nisa, li jistgħu jirriżultaw f'aktar riskji li jkunu vulnerabbli għad-diskriminazzjoni, inkluż vjolenza. Għalhekk, it-terminu "grupp vulnerabbli" m'għandhux jintuża, iżda minflok jintuża "grupp żvantaġġjat".