Description

il-kunsiderazzjoni sistematika tad-differenzi bejn il-kundizzjonijiet, is-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet tan-nisa u tal-irġiel fil-politiki u l-azzjonijiet kollha

Additional notes and information

L-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija l-organizzazzjoni (mill-ġdid), titjib, żvilupp u evalwazzjoni ta' proċessi tal-politika, sabiex perspettiva ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi inkorporata fil-politiki kollha fil-livelli kollha u l-istadji kollha, mill-atturi normalment involuti fit-tfassil tal-politika. L-integrazzjoni ta' perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija l-proċess li jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet għan-nisa u l-irġiel ta' kwalunkwe azzjoni ppjanata, inklużi l-leġiżlazzjoni, politiki jew programmi, fl-oqsma kollha u fil-livelli kollha. Huwa mod li bih it-tħassib u l-esperjenzi tan-nisa kif ukoll tal-irġiel isiru dimensjoni integrali tad-disinn, implimentazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni ta' politiki u programmi fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u soċjetali kollha sabiex in-nisa u l-irġiel jibbenefikaw ugwalment, u n-nuqqas ta' ugwaljanza ma tkunx ipperpetwata. L-għan aħħari huwa li tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi. L-integrazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija strateġija komplimentari u mhux sostitut għal politiki ċċentrati lejn in-nisa mmirati u programmi, leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, mekkaniżmi istituzzjonali għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u interventi spe+T164ċifiċi li jimmiraw li jagħlqu d-disparità bejn is-sessi.