Description

miżura mmirata biex tħaffef it-titjib tal-pożizzjoni tan-nisa bl-għan li jiksbu ugwaljanza sostantiva mal-irġiel, u li twettaq il-bidliet strutturali, soċjali u kulturali meħtieġa biex tikkoreġi forom u effetti passati u kurrenti ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa, kif ukoll biex tipprovdilhom kumpens għall-inugwaljanzi u d-danni mġarrba

Additional notes and information

Terminu użat fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni fil-Konfront tan-Nisa. Dan it-terminu jgħid b'mod espliċitu li n-natura 'temporanja' ta' miżuri speċjali bħal dawk, filwaqt li t-tifsira tat-terminu 'speċjali' hi li l-miżuri huma mfassla biex iservu għan speċifiku u mhux biex ipinġu n-nisa suġġetti għad-diskriminazzjoni bħala dgħajfa, vulnerabbli u fil-bżonn ta' miżuri addizzjonali jew 'speċjali' sabiex jipparteċipaw jew jikkompetu fis-soċjetà. L-użu ta' miżuri speċjali ma jindikax favur speċjali iżda aktar intitolament. Il-miżuri speċjali huma essenzjali biex jiksbu opportunitajiet indaqs fil-partiċipazzjoni u l-kompetizzjoni f'oqsam varji tal-ħajja soċjali, fejn il-piżijiet soċjali, tas-saħħa u ekonomiċi jistgħu jaqgħu fuq in-nisa b'riżultat tal-istejotipi tas-sessi jew l-irwol tagħhom fil-maternità.