Description

Definizzjoni ġenerali: Il-qtil ta' nisa u bniet minħabba l-ġeneru tagħhom, li tista' tikkonsisti fi (1) qtil tan-nisa riżultat ta' vjolenza minn sieħeb intimu; (2) it-totura u l-qtil misoġenu tan-nisa; (3) qtil ta' nisa u bniet minħabba "unur"; (4) qtil ta' nisa u bniet intenzjonat fil-kuntest ta' kunflitt armat; (5) qtil marbut mad-dota ta' nisa; (6) qtil ta' nisa u bniet minħabba l-orjentazzjoni sesswali u identita' tal-ġeneru tagħhom; (7) il-qtil ta' nisa u bniet aboriġini u indiġeni minħħabba l-ġeneru tagħhom; (8) infantiċidju femminili u fetiċidju ibbażat fuq is-selezzjoni tas-sess u l-ġeneru; (9) mwiet relatati mal-mutilazzjoni tal-ġenitali; (10) akkuzi ta' "witchcraft"; u (11) femiċidji oħra konnessi ma' gangs, kriminalita' organizzata, traffikanti tad-droga, traffikar tal-persuni u t-tixrid tal-armi. Definizzjoni statistika: Il-qtil ta' mara mis-sieħeb intimu u l-mewt tal-mara riżultat ta' prattika li tagħmel ħsara lin-nisa. Sieħeb intimu hu r-raġel jew sieħeb kurrenti jew preċedenti, tal-vittma, kemm jekk għxu flimkien u kemm jekk le.