Description
valuri u mġiba komunement aċċettati fi ħdan organizzazzjoni, bħall-ammont ta’ sigħat maħduma, iċ-ċajt li huwa meqjus xieraq u l-mod kif jiġu indirizzati l-kollegi
Additional notes and information
Dawn kollha jikkontribwixxu għal ġudizzju kollettiv u mhux imlissen rigward x’inhu rilevanti, aċċettabbli u/jew importanti fi ħdan organizzazzjoni. L-elementi prinċipali tal-kultura tal-organizzazzjoni huma impliċiti; dawn jiġu pprattikati fir-rutini ta’ kuljum, jagħtu direzzjoni komuni lill-membri ta’ organizzazzjoni, u huma r-riżultat ta’ tagħlim u koordinazzjoni interna fi ħdan organizzazzjoni. Barra minn hekk, dawn jikkostitwixxu perspettiva speċifika tad-dinja. L-individwi ma jitgħallmux il-kultura ta’ organizzazzjoni b’mod konxju, iżda jinternalizzawha fi proċess ta’ soċjalizzazzjoni. Dan juri li trasformazzjoni istituzzjonali tista’ sseħħ biss jekk titqies il-kultura tal-organizzazzjoni.