Description

dominanza reali ta’ sess wieħed f’okkupazzjoni partikolari jew is-sehem ogħla ta’ sess wieħed meta mqabbel mas-sehem mistenni

Additional notes and information

Pereżempju, peress li n-nisa normalment ma jkunux rappreżentati biżżejjed fuq livell aggregat fost il-popolazzjoni impjegata, is-sehem mistenni tagħhom f’impjieg wieħed jista’ jkun iktar baxx minn dak tal-irġiel jekk ikunu mqassmin bl-istess mod bħall-irġiel fl-impjiegi kollha. Fil-prattika, il-konċepiment tas-segregazzjoni tal-ġeneri f’termini relattivi jista’ jkun problematiku, għax ir-raġuni ewlenija għaliex in-nisa normalment jiffurmaw inqas minn 50 % tal-forza tax-xogħol impjegata hija d-diviżjoni bejn il-ġeneri tax-xogħol domestiku u s-sehem sproporzjonat tan-nisa ta’ xogħol ta’ kustodju u domestiku. Għalhekk, aspettattiva raġonevoli tal-bidu għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri hi li s-segregazzjoni titkejjel billi jitkejjel jekk sess wieħed jew l-ieħor hux fil-maġġoranza f’impjieg jew post tax-xogħol partikolari (f’termini assoluti).